Ruma għandha l-ewwel sindku mara – One News

Ruma għandha l-ewwel sindku mara

Il-Partit Cinque Stelle għamel kisbiet kbar fl-Italja,Virginia Raggi ġiet eletta bħala l-ewwel sindku mara f’Ruma.

Fil-kummenti tagħha Raggi qalet li ser tibda era ġdida wara li rebħet dawn l-elezzjonijiet. “Ser naħdmu biex nġibu lura t-trasparenza fl-istituzzjonijiet.”

Raggi hija avukat ta’ 37 sena,li matul din il-kampanja saret waħda mill-iktar politikanti magħrufa fl-Italja.

Osservaturi qed jgħidu li dawn ir-riżultati jistgħu jagħtu pjattaforma lill-Partit Cinque Stelle għall-elezzjoni parlamentari fl-elfejn u tmintax.

L-elezzjonijiet lokali fl-Italja saru f’żewġ stadji, bl-ewwel rawnd isir ġimgħatejn ilu u t-tieni wieħed sar il-Ħadd.

 

 

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend