Tim Peake lura fid-Dinja – One News

Notifiki

Tim Peake lura fid-Dinja

L-Awstronawt Ingliż Tim Peake wasal lura fid-Dinja wara mawra storika li damet sitt xhur fuq l-Istazzjon Internazzjonali tal-Ispazju.

Il-kapsula li ġarret lill-Maġġur Peak u żewġ membri oħra niżlet f’ Kazakhstan aktar kmieni llum. Fl-Ewwel kummenti mal-midja, Peak saħaq li din kienet l-isbaħ mawra li qatt mar fuqha.

Peake huwa l-ewwel persuna fl-ispazju li telgħet f’isem l-Ingilterra warra li Helen Sharman kienet l-ewwel astronawta Ingliża fl-Ispazju fl-1991.

Waqt il-maratona ta’ wieħed sitta u tmemin jum, Peak għamel ukoll il-Maratona ta’ Londra fl-Ispazju. Il-Missjoni tiegħu rikjediet ttlett elef orbita mad-dinja, distanza ta 125 miljun kilometru. Peak saħaq li issa jinsab ħerqan biex jara lill-familtu.

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend