L-ewwel inżul ta’ Czech Airlines f’pajjiżna – One News

Notifiki

L-ewwel inżul ta’ Czech Airlines f’pajjiżna

Mil-lum waranofsinhar se tibda topera l-linja tal-ajru Czech Airlines lejn pajjiżna. Din hija l-ewwel darba li l-linja nazzjonali tal-ajru tar-Repubblika Ċeka se topera minn Malta.

Czech Airlines se topera żewġ titjiriet fil-gimgħa lejn pajjizna mill-kapitali Ċeka, Praga kull nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Sibt.

Is-sena li għaddiet, pajjiżna laqa’ mat-tnax-il elf turist mir-Repubbika Ċeka, iġifieri żieda ta’ kważi 40% meta mqabbel mal-2014. Iktar minn kwart minnhom ġew f’ pajjiżna biex jistudjaw il-lingwa Ingliża.

B’ din il-linja tal-ajru l-ġdida, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu qed tistenna li s-suq tat-turisti Ċeki jkompli jikber. Filwaqt li saħqu li din ir-rotta l-ġdida ġabet magħha ħafna promozzjoni għal pajjiżna fir-Repubblika Ċeka.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend