Il-Kanadiżi m'emmnuhx u bagħtuh lura Malta | One News

Notifiki

Il-Kanadiżi m’emmnuhx u bagħtuh lura Malta

Raġel ta’ nisel Sirjan li jgħix Malta ġie ordnat jitlaq mill-Kanada sa nhar is-Sibt li ġej.

Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet CBC, Nader Kaseb wasal l-ajruport Halifax nhar it-12 ta’ Ġunju, b’$2,037, ittra li tikkonferma li ssieħeb f’kors biex jitgħallem l-Ingliż, u biljett biex imur lura ftit wara li jintemm il-kors.

Iżda awtoritajiet Kanadiżi m’emmnux lil Kaseb u akkużawh li prova jidħol il-Kanada mingħajr Visa.

Kaseb insista mal-aġenzija tal-aħbarijiet CBC News li wara li jtemm l-istudji jixtieq jiġi lura Malta, u jinsab marid, għajjien, u mbeżża. Ilmenta li qed jitħalla jistenna sigħat twal u jsaqsu domanda sal-ħamsa ta’ filgħodu.

L-avukat Kanadiż tal-immigrazzjoni Lee Cohen huwa rrapportat jgħid li l-intenzjonijiet ta’ Kaseb kienu tajba u legali, u ma kellux bżonn visa bħala ċittadin Malti.

Spjega li l-aġenzija li tħares il-fruntiera Kanadiżi kienet imħassba minħabba li f’Malta Kaseb kien ilu sena ma jaħdem u jgħix b’residenza ma’ nies oħra. Innotaw ukoll li ħabib tiegħu minn Nova Scotia, li beda jaqbeż għalih billi jikkuntattja lill-awtoritajiet, iltaqa’ miegħu f’kamp tar-refuġjati.

Screen Shot 2016-06-17 at 11.12.18

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend