Ħabs għal eksgwardjan f’Auschwitz – One News

Notifiki

Ħabs għal eksgwardjan f’Auschwitz

Eksgwardjan ta’ 94 erbgħa fil-kamp tal-konċentrament ta’ Auschwitz kien ikkundannat ħames snin ħabs. Dan wara li nstab ħati li kien pparteċipa fil-qtil ta’ mill-inqas 170,000 persuna.

Huwa qal li kien jaf x’kien għaddej fil-kamp imma m’għamel xejn biex iwaqqaf dak li kien qed iseħħ. Il-verdett ingħata wara provi li bdew jitressqu fi Frar li għadda u s-sentenza ta’ ħabs ingħatat minkejja li l-avukati tiegħu saħqu li r-raġel, personalment qatt ma qatel lil ħadd. Din tista’ tkun waħda mill-aħħar ġuri ta’ uffiċjali tan-Nazisti involuti fl-Olokawst. In-Nazisti qatlu mal-miljun u mitt elf persuna f’Auschwitz fin-naħa t’isfel tal-Polonja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend