Cameron u Corbyn jfakkru l-memorja ta’ Jo Cox – One News

Notifiki

Cameron u Corbyn jfakkru l-memorja ta’ Jo Cox

Madwar id-dinja, qed jingħataw kondoljanzi għall-mewta tal-membru parlamentari Laburista Ingliża, Jo Cox li tilfet ħajjitha wara daqqa ta’ sikkina u sparatura.

Il-Prim Ministru Ingliż, David Cameron iddeskriva lil Jo Cox bħala waħda mill-aktar persuni li tikkampanja b’kompassjoni. Min-naħa tiegħu, il-mexxej tal-Partit Laburista, Jeremy Corbyn fisser il-mewta tagħha bħala attakk fuq id-demokrazija.

Il-kandidata Presidenzjali Demokratika, Hillary Clinton stqarret li huwa terribli l-mod li ħajjet Cox intemmet hekk ħesrem. Stqarret li kienet kruċjali li l-Ingilterra u l-Istati Uniti jingħaqdu flimkien kontra l-mibgħeda u l-vjolenza.

Madwar l-Ewropa mijiet ta’ nies ingħaqdu biex jagħtu tislima lil Cox li kkampanjat biex l-Ingilterra tibqa’ fl-Unjoni Ewropea. Il-familja tagħha rċeviet diversi messaġġi ta’ dispjaċiri għall-mewta tagħha u żewġha appella lill-pubbliku biex jiġġieled kontra l-istess mibgħeda li qatlet lil martu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend