Il-PM fl-International Economic Forum | One News

Notifiki

Il-PM fl-International Economic Forum

Il-Prim Ministru Joseph Muscat huwa wieħed minn tliet mexxejja Ewropej li qed jipparteċipaw fis-St Petersburg International Economic Forum fir-Russja.

Flimkien ma’ politiċi, ekonomisti, riċerkaturi u ħassieba soċjali ewlenin minn madwar id-dinja, preżenti hemm il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker, il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi u l-Prim Ministru Malti Joseph Muscat.

jmpictwoMagħhom hemm ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda Ban Ki-moon.

Fl-ewwel impenn tiegħu fir-Russja, Muscat kien mistieden f’dibattitu dwar l-inklussività li ffoka fuq il-metodi ta’ kif soċjetà tista’ tindirizza d-diskrepanza bejn id-dħul tal-ħaddiema mingħajr ma xxekkel it-tkabbir ekonomiku. Il-Prim Ministru qal li, minkejja li jinstemgħu bħala żewġ agendas kontrastanti, fir-realtà l-ugwaljanza u t-tkabbir ekonomiku jimxu fl-istess direzzjoni.

Il-Prim Ministru qal li hemm bżonn it-tkabbir ekonomiku għal ugwaljanza sostennibbli. Sostna li huwa inutli li timplimenta programmi li jistgħu jagħtu tkabbir mil-lum għal għada iżda li mbagħad mhumiex sostennibbli.

“Mhemmx lok għal politika artifiċjali iżda hemm bżonn it-twettiq ta’ inizjattivi konkreti li s-suq jiflaħ għalihom”, qal il-Prim Ministru.

L-aqwa żewġ għodod għal ugwaljanza huma l-edukazzjoni u x-xogħol. Dawn, fi kliem, il-Prim Ministru, jassiguraw il-mobbilità soċjali.

Bħala mexxej tal-iżgħar stat membru tal-Unjoni Ewropea, Muscat fisser l-esperjenza ta’ Malta li qed jirnexxilha jkollha l-ikbar storja ta’ suċċess permezz ta’ miżuri li jistimulaw il-ġid.

F’dan id-dibattitu waqt is-St Petersburg International Economic Forum ħadu sehem fost oħrajn il-Viċi President tal-World Bank Group Cyril Muller u l-Global Health Advisory Leader ta’ EY Jim Costanzo.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend