“Jibqa’ ċass u ma jagħmel xejn” – One News

Notifiki

“Jibqa’ ċass u ma jagħmel xejn”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qed jiqba’ ċass u ma jagħmel xejn. Hekk sostna d-Deputat Mexxej għall-Affarjiet tal-Partit Laburista Chris Cardona waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar l-aħħar żviluppi fuq il-każ ta’ Toni Bezzina.
Huwa żied jgħid li quddiemu Busuttil għandu deputat li abbuża mill-poter, gideb lill-Parlament, lill-Qorti u f’inkjesta. “Iżda bħala Mr Double Standards Simon Busuttil qed jibqa’ ċass u ma jieħux passi fil-konfront ta’ Toni Bezzina.
Fl-aħħar jiem kien ikkonfermat li Bezzina bagħat ħaddiema tal-Gvern jagħmlu xogħol f’każin tal-Partit Nazzjonalista fiż-Żurrieq. Quddiem kritika qawwija dwar kif saħansitra ġiegħel ħaddiema jagħmlu dikjarazzjoni falza, Toni Bezzina ddefenda ruħu bil-libelli. Iżda, il-Qorti ma tatux raġun f’każi li nfetħu kontra l-editur tal-Orizzont, Josef Caruana, u l-eks editur tal-ġurnal KullĦadd, Toni Abela.
Id-Deputat Laburista Joe Sammut qal li meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-Gvern kien juża standards differenti anki mal-ħaddiema. Innota kif il-ħaddiema tal-Gvern kienu qed jiġu mhedda minn Gvern Nazzjonalista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend