Iċ-Champions f'Kordin | One News

Notifiki

Iċ-Champions f’Kordin

Diversi plejers, diriġenti u staff tekniku mit-tim ta’ Valletta FC żaru l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin biex jiċċelebraw u jaqsmu r-rebħa tagħhom tal-BOV Premier League mar-residenti. Dawn tal-aħħar kellhom l-opportunità li jiltaqgħu mal-kontinġent tal-klabb u jieħdu ritratti mat-tazza kif ukoll mal-plejers favoriti tagħhom.

Il-kowċ, għan-nom ta’ Valletta FC, ippreżenta donazzjoni ta’ football kits biex jassistu lir-residenti fl-iżvilupp sportiv u edukattiv tagħhom. Id-Direttur tal-Faċilità, Paul De Battista, irringrazzja lil Valletta FC taż-żjara u d-donazzjoni tagħhom.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend