'BeLEAVE' | One News

Notifiki

‘BeLEAVE’

‘BeLEAVE’ – Dan kien it-titlu tal-gazzetta ‘THE SUN’ fil-paġna prinċipali.

It-titlu juri li l-gazzetta fl-aħħar ftit jiem qabel ir-referendum ta’ jekk ir-Renju Unit jibqax jew joħroġx mill-Unjoni Ewropea ser tkun qed tappoġġa l-ħruġ tar- Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Din mhiex l-ewwel darba li ‘THE SUN’ kkampanjat kontra l-Unjoni Ewropea, hekk kif fl-1990 kienet ħaditha kontra Jacques Delors.

Huma bosta li ddiskrevew din il-kampanja bħala waħda mhux mistennija.

“The Sun urges everyone to vote Leave. We must set ourselves free from dictatorial Brussels,” Din kienet il-frażi li użat il-gazzetta biex tħeġġeġ liċ-ċittadini jivvutaw kontra.

BeLEAVE

The Sun tbiegħ madwar 1.7 miljun kopja kuljum. Apparti minn hekk il-Partit Laburista Ingliż ser ikun qed jingħaqad ma’ David Cameron sabiex jappoġġa lir-Renju Unit jibqa’ fl-Unjoni Ewropea.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend