PAQPAQLI: Paul Bailey jitressaq il-Qorti llum – One News

Notifiki

PAQPAQLI: Paul Bailey jitressaq il-Qorti llum

Illum jibda jidher quddiem il-Qorti Paul Bailey, ix-xufier tal-Porsche involuta fl-inċident ta’ Paqpaqli għall-Istrina.

Għaxar persuni oħra mistennija jitressqu miegħu b’rabta mal-inċident.

Mill-provi miġbura fl-inkjesta, jirriżulta li r-responsabilità hija tas-sewwieq u tal-Kumitat li organizza dan l-avveniment. Dan filwaqt li l-inkjesta ma sabet ebda ħjiel ta’ responsabilità dwar il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca.

L-inċident seħħ fl-4 ta’ Ottubru 2015 waqt attività organizzata minn ‘Paqpali għall-Istrina’ fuq Taxiway qrib il-hangar tal-Lufthansa Tecknik f’Ħal Farruġ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar.

B’kollox weġġgħu 23 persuna. Minn dawn erba’ persuni weġġgħu gravi u kienu fil-periklu tal-mewt, sitt persuni oħra weġġgħu gravi waqt li 13 oħra sofrew feriti ħfief.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend