PAQPAQLI: Paul Bailey quddiem il-Qorti | One News

Notifiki

PAQPAQLI: Paul Bailey quddiem il-Qorti

Ftit tal-mumenti ilu, akkumpanjat minn martu u mill-avukata tiegħu Giannella De Marco, Paul Bailey, ix-xufier tal-Porsche involuta fl-inċident ta’ Paqpaqli għall-Istrina daħal il-Qorti b’rabta mal-każ.

Infurmati li Bailey ħatar lil Lou Bondi bħala konsulent biex iżommu infurmat kif taħdem il-media f’pajjiżna. 

Għall-ħabta tal-10.20a.m. 13-il persuna tressqu l-Qorti biex jaffaċċjaw akkużi b’rabta mal-inċident ta’ Paqpaqli għall-Istrina li seħħ fl-4 t’Ottubru. Ħafna mill-imputati preżenti f’Awla 12 tal-Qorti huma parti mill-kumitat organizzativ ta’ din l-attivita u jinkludu wkoll lis-sewwieq Paul bailey li kien qed isuq is-Super Porsche 918.

Lou-Bondi
Lou Bondi, dalgħodu, quddiem il-binja tal-Qorti

It-tlettax li huma wieġbu li mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom meta tressqu quddiem il magistrat Aaron Bugeja.

Tressaq il-Qorti wkoll il-preżentatur televiżiv Tonio Darmanin, li qed ikun assistit mill-Avukat Joe Giglio.

 

Mill-provi miġbura fl-inkjesta li saret jirriżulta li r-responsabilità hija tas-sewwieq u tal-Kumitat li organizza dan l-avveniment. Dan filwaqt li l-inkjesta ma sabet ebda ħjiel ta’ responsabilità dwar il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca.

L-inċident seħħ fl-4 ta’ Ottubru 2015 waqt attività organizzata minn ‘Paqpali għall-Istrina’ fuq Taxiway qrib il-hangar tal-Lufthansa Tecknik f’Ħal Farruġ għall-ħabta tas-2.30p.m.

B’kollox weġġgħu 23 persuna. Minn dawn erba’ persuni weġġgħu gravi u kienu fil-periklu tal-mewt, sitt persuni oħra weġġgħu gravi waqt li 13 oħra sofrew feriti ħfief.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend