Twissija mill-UEFA lir-Russi u l-Ingliżi | One News

Notifiki

Twissija mill-UEFA lir-Russi u l-Ingliżi

Il-UEFA bdiet proċeduri dixxiplinarji kontra t-tim tal-futbol Russu wara l-ġlieda li nqalgħet fl-Istade Velodrome f’Marsilja eżatt kif intemmet il-partita bejn ir-Russja u l-Ingilterra tal-Euro 2016 ilbieraħ filgħaxija.

Il-UEFA wissiet kemm lir-Russi kif ukoll lill-Ingliżi li mhux se teskluli ż-żewġ timijiet jiġu eliminati jekk vjolenza ta’ dan it-tip terġa’ sseħħ.

Filmati li nxterdu fuq is-siti soċjali juru kif partitarji Russi ħebbu għal dawk Inglizi billi qabżu fl-istadium, hekk kif fl-aħħar rizultat tal-partit minn Grupp B kisbu draw ta’  wieħed b’wieħed. Il-UEFA ċanfret din l-imġieba ‘inaċċettabbli’ li ħalliet 31 persuna midruba u li għadhom qed jingħataw il-kura.

Il-UEFA ser tikkundanna lir-Russja għal imġieba razzista, li ddisturbat il-folla li kien hemm fil-grawnd u ta’ logħob bin-nar. L-Assoċċazzjoni wegħdet fl-istess ħin li il-mizuri ta’ sigurta se jitjiebu fil-jiem li ġejjin.

Hekk kif intemmt il-partita tas-sibt filgħaxija partitarji Russi bdew iwaddbu flixkien u affarijiet perikoluz oħra lill-Inglizi. Dawn tal-aħħar ħarġu mill-grawnd, izda l-ġlied kompla fit-toroq ta’ Marsilja. Hawnhekk intervjenew il-pulizija li sparaw gass tad-dmugħ fuq il-folla biex jieqaf il-ġlied.

Qabel il-ġlieda tas-Sibt kienu diġa ġew arrestati 17 –il persuna minħabba diżgwid fuq il-logħob tal-Ewro 2016 li beda nhar il-Ġimgħa, diżgwid li ukoll sar fil-Belt ta’ Marsilja.

Dan kollu ġie mċanfar mill-UEFA qabel ma tħabbru l-proċeduri li se jittieħdu, għaliex imġieba bħal din, skont l-assoċċjazzjoni, ‘mhix postha fil-futbol’. Il-UEFA qalet li mhux se teskludi li timponi iktar sanzjonijiet fuq iż-żewġ timijiet, inkluż li jitkeċċew mill-Euro, jekk vjolenza ta’ dan it-tip terġa sseħħ waqt il-logħob.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend