Stennija li Angelina Jolie terġa' tiġi Malta | One News

Notifiki

Stennija li Angelina Jolie terġa’ tiġi Malta

Wara li kemm –il darba saħħqet mal-midja internazzjonali li għandha lill-pajjiżna għal qalbha, issa qed jingħad li l-attriċi Angelina Jolie ser tkun qed tieħu sehem fil-film Murder on the Orient Express.

Film li se jidderiġih l-attur u direttur Ingliz Kenneth Branagh u li partijiet minnu ser jinġibdu f’Malta.

Il-Film huwa bbażat fuq ktieb ta’ Agatha Christie, li jgħid l-istorja ta’ Hercule Poirot, investigatur kriminali, li waqt vjaġġ fuq ferrovija minn Gerusalemm għall-Ewropa, isir delitt f’waħda mill-kabini.

B’hekk Poirot jagħmel wegħda miegħu innifsu li jsib min hu responsabbli qabel ma jkun hemm iktar vittmi.

Jekk Jolie tingħata l-kuntratt, ser tkun qed tinterpreta l-parti ta’ Harriet Habbard, karattru li jqanqal ħafna mistoqsijiet mill-udjenza. Fil-verzjoni tal- elf disa mija erba u sebghin tal-film, dan kien interpretat mill-attrici Lauren Bacall.

Minkejja l-preġji li kisbet Jolie tul il-karriera tagħha bħala attriċi, fl-aħħar sena ħabbret li qed tibda tmexxi t-talenti tagħha għall-professjoni ta’direttur tal-films. Filfatt, hija dderiġiet il-film li poġġa lill-Gżira Għawdxija fuq il-mappa, By The Sea, li ħadmet flimkien ma Brad Pitt.

Apparti li faħħret il-wirt storiku u il-kampanja Maltija, Jolie kienet ukoll saħqet li xtaqet titgħallem il-Malti, tant, li waqt il- ġbid tal-film By The Sea fl- elfejn u erbatax, talbet il-preżenza ta’ traduttur tal-Malti fuq is-set.

Ix-xogħol fuq Midnight on the Orient Express mistenni jibda f’Novembru li ġej f’Londra qabel ma eventwalment jiġi f’Malta. Huwa mistenni li dan il-film joħrop fiċ-ċinema globali fit-tnejn u ghoxrin ta’ Novembru elfejn u sbatax.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend