Jitneħħa element splussiv mix-xedaq ta' suldat Kolombjan | One News

Notifiki

Jitneħħa element splussiv mix-xedaq ta’ suldat Kolombjan

Tobba minn sptar militari fil-Kolombja għamlu intervent mediku  mhux tas-soltu hekk kif kellhom joperaw suldat li kellu bomba splussiva (granata) mwaħħla fix-xedaq.

It-Tobba kellhom jimprovizzaw dan l-intervent, li sar f’parkeġġ barra l-isptar bħala prekawzjoni f’każ li bomba tisplodi.

Is-Suldat, Leandro Jose Luna kien għaddej b’xogħolu x’ħin l-apparat ta’suldat ieħor attiva ruħu u tefa’ granata ta’ 40 millimetru fuq in-naħa leminija tax-xedaq ta’ Luna. Minħabba li il-granta kienet attiva, Luna ma setax jittieħed l-isptar b’helicopter, u ttieħed fl-isptar militari f’ Bogota b’ambulanza.

Minkejja li  l-intervent perikoluż seta jħalli l-pazjent, it-tobba, u bosta nies fl-inħawi mejta, dan kien ta’ suċċes, tant, li Luna mistenni jintbagħat lura fuq xogħolu bħala suldat mill-iktar fis.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend