Diskorsi ta’ għaqda fil-Mellieħa – One News

Notifiki

Diskorsi ta’ għaqda fil-Mellieħa

Waqt diskors politiku fil-Mellieħa tkellmu dawk li kkontestaw il-kariga ta’ Deputat Mexxej tal-Affarijiet tal-Partit Laburista.

Beda Stefan Zrinzo Azzopardi, li tkellem dwar soċjetà inklussiva li tipprovdi xogħol lil kulħadd. Qal li jemmen li bħal ma qed jiġi indirizzat il-faqar fir-roħs tad-dawl u tal-uniformijiet, fadal xi jsir, speċjalment fil-konfront tal-anzjani u fil-housing. Żied jgħid li f’pajjiżna, peress li hawn rankatura ekonomika qawwija, hemm sezzjoni tal-popolazzjoni li mhux tlaħħaq mal-prezz tal-kirjiet.

Saħaq li l-priorità hija li l-kwalità tal-ħajja tan-nies u deċiżjonijiet tajba li jfissru aktar proġetti. Qal li se jkun hemm biex jara li l-appoġġ li jixraqlu li jkompli jikseb dan il-Gvern. Qal li jinsab wara l-Prim Ministru u jemmen f’Malta li qed tinbidel.

Il-Ministru Owen Bonnici saħaq li jrid soċjetà li tibni fuq it-tajjeb ta’ kull wieħed u waħda minnha. Osserva li Malta picspajjiż żgħir u l-ammont ta’ nies li għandhom talent huwa kbir, pero it-talent tan-nies Maltin u Għawdxin qed hemm biex nutilizzawh għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. Owen Bonnici qal li jixtieq juża t-talent ta’ kulħadd u l-Partit Laburista  jrid ikun mera ta’ dak it-talent.
Appella biex il-Partit Laburista jiftaħ il-bibien u ma jħarisx biss lejh innifsu. Appella biex il-partit ikompli bl-idea li tant ressqet nies lejh. Fl-elezzjoni l-Partit ikkonvinċa lill-maġġoranza li miegħu tista’ taħdem u jixtieq li dan il-ħsieb ikompli jitwettaq.
Chris Cardona, Deputat Mexxej ġdid, qal li l-bieraħ rebaħ il-Partit Laburista li mill-bieraħ stess qabad it-triq diffiċli biex jerġa jkun forza politika ewlenija b’saħħitha fil-pajjiż. Saħaq li l-Partit irid ikun rilevanti u mingħajr partit b’saħħtu ma jistax ikollok Gvern b’saħħtu.
Qal li għandu jkun hemm pont b’saħħtu għal-Laburisti u pont b’saħħtu għal min trid issir ġustizzja magħhom.
Insista fuq il-bżonn li l-Partit Laburista jagħmel terminu ieħor, għax il-pajjiż ma jistħoqqlux jerġa jmur lura fil-passat u jistħoqqlu lill-Partit Laburista fil-Gvern.  Iddeskrivih bħala partit ottimist u garanzija aħjar għal uliedna. Cardona tkellem dwar il-bżonn li jissaħħu l-istrutturi tal-Partit u li kulħadd iħaddan viżjoni komuni. Żied jgħid li l-aqwa riżors li għandu l-Partit huma n-nies li jimmiltaw fih.
Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Trio formidabbli taht it-tmexxija ta` Joseph Muscat & Co. Prosit – minkejja l-kritika, komplu ghamlu l-gid lil pajjizna , lic-cittadini kollha —komplu sebbhu l-Malta Taghna Lkoll.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend