Żewġ sorijiet kuntenti bil-ħaxixa – One News

Notifiki

Żewġ sorijiet kuntenti bil-ħaxixa

Ma tiġrix kuljum li tara żewġ sorijiet ipejpu l-ħaxixa. Imma għal żewġ sorijiet fis-Central Valley ta’ California, hija ħaġa li tiġri kuljum. Dan huwa wieħed minn 20 stat li llegalizza l-użu tal-marijuana jekk tintuża għal raġunijiet mediċi.

Sister Kate u Sister Darcy jissejħu sorijiet għax hekk iddeċidew huma. Infatti mhumiex abbinati mal-Knisja Kattolika, imma jgħixu ħajja simili ħafna bħal tas-sorijiet.

Il-prodotti li jkabbru u jbiegħu jgħidu li ma fihomx il-kimika li ġġiegħlekk tħossok bejn is-sħab meta tapplikahom jew tpejjiphom. Jgħidu li huma soluzzjoni tajba għal ħafna tipi ta’ uġigħ jew mard. Dan, naturlament, fost ħafna kritika ta’ għaqdiet reliġjużi oħra.

Iż-żewġ nisa jgħixu biex jagħmlu dawn il-prodotti u jbiegħuhom, sabiex ifejqu nies b’mod alternattiv.

sister1 sister2 sister3sister7 sisters8 sisters9 sisters10 sisters11

sister12

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend