Awguri Eliżabetta! – One News

Notifiki

Awguri Eliżabetta!

Minkejja li propju llum jagħlaq 95 sena l-Prinċep Philip,l-familja rjali qed tiċċelebra għeluq id-90 sena tar-Reġina Eliżabetta II!

Il-familja rjali, kif ukoll ħafna politiċi u dinjitarji, llum attendew ċerimonja fil-Katidral ta’ San Pawl sabiex jonoraw għeluq id- 90 sena tar-Reġina. Dan l-avveniment beda ċ- ċelebrazzjonijiet li jonoraw lir-reġina, ġewwa l-Ingilterra. Il-Gran Duka ta’ Edinburgh akkumpanja lir-Reġina Elizabetta II waqt din iċ-ċerimonja. Il-prinċep Charles u martu Camilla, id- Dukessa ta’ Cornwall, kienu prezenti wkoll.

F’dawn l-avvenimenti bla dubju jispikka l-ilbies lussuz tal-familja rjali. Ir-reġina Elizabetta għazlet ilbies isfar filwaqt li rajna lid-Dukessa Camilla u d-Dukessa ta’ Cambridge Kate Middleton bi ħwejjeġ ċelesti.

camille

kate

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend