Marquez u Rossi jerġgħu jsiru ħbieb | One News

Notifiki

Marquez u Rossi jerġgħu jsiru ħbieb

Wara li matul l-istaġun li għadda tal-MOTOGP is-sewwieqa rivali Valentino Rossi tal-Yamaha u Marc Marquez tal-Honda kienu ġġieldu u ma baqawx jitkellmu tant li lanqas iħarsu għajn f’għajn, lbieraħ reġgħu ġeddew il-ħbiberija tagħhom.

Wara tellieqa qalila f’Katalunja, maħsuda wkoll bit-telfa tas-sewwieq Luis Salom, iż-żewġ sewwieqa ħadu b’idejn xulxin wara li Rossi daħal fl-ewwel post u warajh Marquez.

Rossi qal, “Meta jiġru affarijiet bħal dawn (il-mewt ta’ Salom), l-affarijiet iż-żgħar jiġu rrelevanti”. Marquez żied jgħid li dan kien tmiem il-ġimgħa iebes għal dan l-sport, li għen sabiex is-sewwieqa jingħaqdu u għalhekk li jien u Valentino erġajna tkellima”.

Fil-mistoqsijiet tal-ġurnalisti it-tnejn stqarru li ser ikunu qed jaħdmu sabiex din ir-relazzjoni tkompli tissaħħaħ.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend