27 persuna arrestati b’rabta ma’ droga – One News

Notifiki

27 persuna arrestati b’rabta ma’ droga

Ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga matul il-lejl li għadda, fl-inħawi ta’ Ħ’Attard u l-Mosta wasslet għall-arrest ta’ 27 persuna oħra (4 nisa u 23 raġel) li l-età tagħhom tvarja bejn is-16 u l-40 sena.

L-arrestati huma ta’ nazzjonalita` Maltija, Ingliża, Spanjola, Ċeka u Taljana u nstabu fil-pussess ta’ droga bħall-pjanta u r-raża tal-kannabis, amfetamina u ecstasy.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend