Il-Papa jridhom BARRA jekk ma jagħmlu xejn dwar abbuż fuq tfal | One News

Notifiki

Il-Papa jridhom BARRA jekk ma jagħmlu xejn dwar abbuż fuq tfal

Il-Papa Franġisku approva miżuri biex jitkeċċew Isqfijiet li jonqsu milli jieħdu l-aħjar azzjoni dwar każijiet t’abbuż fuq it-tfal.

Isqfijiet li jkaxkru saqajhom se jitneħħew, grazzi għal proċeduri legali ġodda. Dan il-pass ittieħed wara li nstemgħu l-ilmenti ta’ vittimi biex Isqfijiet jerfgħu responsabilità.

Permezz tat-tibdil se jissaħħu liġijiet eżistenti diġa’ – il-Papa jixtieq definizzjoni ċara ta’ x’inhuma r-raġunijiet gravi li jwasslu biex Isqof jitkeċċa’.

Inħatar grupp ta’ avukati li se jgħinu sabiex jittieħdu l-aħjar deċiżjonijiet meta jkun hemm Isqof akkużat li m’aġixxiex bl-aħjar mod fid-dawl ta’ abbuż fuq minuri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend