25 arrestati b'rabta mad-droga | One News

Notifiki

25 arrestati b’rabta mad-droga

25 persuna ġew arrestati matul il-lejl li għadda f’diversi lokalitajiet madwar Malta, b’rabta mal-pussess ta’ droga ecstasy, raża tal-kannabis u parti minn pjanta tal-kannabis.

Dawn il-persuni huma kemm irġiel kif ukoll nisa, kollha Maltin, u għandhom bejn it-18 u l-41 sena.

Uħud mill-arresti saru f’ċirkostanzi li juru li l-imsemmija droga ma kinetx għall-użu esklussiv tagħhom iżda biex tiġi ttraffikata.

Il-Pulizija qed tinvestiga.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend