Il-Partit Laburista jirreġistra mal-Kummissjoni Elettorali – One News

Il-Partit Laburista jirreġistra mal-Kummissjoni Elettorali

Skont il-liġi tal-finanzjament tal-partiti, li daħlet fis-seħħ grazzi għall-impenn ta’ dan il-Gvern, partit politiku jeħtieġ li jkun reġistrat.

Il-Partit Laburista irreġistra mal-Kummissjoni Elettorali l-Ġimgħa filgħodu, hekk kif il-partiti għandhom sal-aħħar ta’ Ġunju biex jagħmlu dan.

Ir-reġistrar tal-Partit Laburista kien immarkat mill-President tal-Partit Daniel Micallef u s-Segretarja tal-Eżekuttiv Lydia Abela u l-Viċi-President, Louis Gatt, quddiem l-Ufficcju tal-Kummissjoni Elettorali.

Il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti daħlet fis-seħħ nhar l-ewwel ta’ Jannar 2016, wara li kif kien imwiegħed minn dan il-Gvern fil-Manifest Elettorali tiegħu li se tkun introdotta liġi li ssaħħaħ  iddaħħlet it-trasparenza fil-politika. Din il-liġi sewgiet oħrajn f’dan is-sens, bħall-Whistleblower’s Act u t-tneħħija tal-preskrizzjoni fuq reati mwettqa minn politiċi.

Il-Grupp ta’ Stati Kontra l-Korruzzjoni fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa (GRECO) faħħar lill-Malta għall-approvazzjoni tal-liġi tal-Finanzjament tal-Partiti u ddeksrivieta bħala tragward importanti.

Għal kuntrarju, il-partit fl-Oppożizzjoni ħareġ bl-idea li jdur fuq il-poplu sabiex jissellef. Kunċett li jipprova jdur madwar il-liġi tal-Finazjament tal-Partit minflok iħaddanha – kunċett li jista’ jagħti lok għall-abbuż.

AQRA WKOLL: Bonnici: “Ħaddiehor ipaċpaċ, aħna ndaħħlu t-trasparenza”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend