Serje televiżiva ġġib €8 miljun lejn Malta – oħra ġejja | One News

Notifiki

Serje televiżiva ġġib €8 miljun lejn Malta – oħra ġejja

Serje televiżiva għadha kemm temmet il-fażi tal-filming f’Malta, b’investiment ta’ tmien miljun ewro. Is-serje hija dwar fdalijiet storiċi u nġibdet fuq perjodu ta’ ħames xhur f’diversi positijiet madwar pajjiżna. Barra minn hekk inbnew numru ta’ sets apposta għas-serje.

Il-Kummissjoni Maltija għall-Films ħabbret li fil-ġimgħat li ġejjin se tibda’ l-ħidma fuq serje oħra Taljana, li se tkun qed tixxandar fuq ir-RAI.

Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis, responsabbli wkoll mill-industrija tal-films, qal li dan huwa eżempju ċar ta’ diversifikazzjoni – l-industrija tal-films m’għadhiex tiddependi fuq il-fims biss imma qed tattira anke proġetti għat-televiżjoni u produzzjonijiet li għandhom baġit kbir.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend