'Did you say no corruption, Dear Tonio?' mhux libelluż | One News

Notifiki

‘Did you say no corruption, Dear Tonio?’ mhux libelluż

F’kawża ta’ libell fil-qorti kien ikkonfermat kif Jesmond Bonello, sid ta’ Content House u għal snin twal assoċjat mal-Partit Nazzjonalista u l-eks Ministru Austin Gatt, ħa biżibilju direct oders.

Artiklu li ħassu malafamat bih kien iġib it-titlu ‘Did you say no corruption, Dear Tonio?’

F’dan l-artiklu fil-Maltatoday inkiteb li biex ikun assigurat li jkun hem bojkott fil-konfront tal-mediatoday il-Ministeru tal-Finanzi għadda xogħol lil Jesmond Bonello, direttur ta’ Content House u dak iż-żmien kien ukoll membru tal-Malta Enterprise.

Mill-provi li tressqu fil-Qorti jirriżulta li bejn l-2008 u l-2012 ingħatat biżibilju xogħol minn Dipartimenti tal-Gvern tant li fis-sentenza tal-Qorti ssemmew iktar minn 27 entità.

Jidher li Bonello ħassu malafamat għal żewġ raġunijiet. L-ewwel minħabba r-referenza ta’ direct orders, li rriżultat minnha, u t-tieni għax intqal li kien hemm l-ordni tal-bojkott. Bil-Qorti tiddikjara li din kienet tirreferi għall-eks Ministru Tonio Fenech u għalhekk ma kellux għaliex iħossu malafamat. Fuq kollox il-Qorti ddikjarat li min jitħallas minn fondi pubbliċi għandu joqgħod għal skrutinju.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend