11% tat-tfal bejn 11 u 13 –il sena jpejjpu | One News

Notifiki

11% tat-tfal bejn 11 u 13 –il sena jpejjpu

Stħarriġ li sar mid-Direttorat tas-Saħħa dwar it-tipjip fost l-addoloxxenti Maltin juri ċifri inkwetanti ferm hekk kif jirriżulta li hemm iktar ċans li żgħażagħ Maltin jaqbdu l-vizzju tat-tipjip qabel ma jkollhom ħamsa u għoxrin sena.

Madwar tnax fil-mija ta’ tfal bejn il-ħdax u tlettax-il sena qalu li ipejpu tal-inqas darba fil-ġimgħa.

Jirriżulta li fost tfal ta’ ħdax –il sena, iktar subien ammettew li ġieli jpejpu, filwaqt li fl-eta ta’ tlettax-il sena hemm distakk ta’ tnejn fil-mija bejn subien u bniet li jpejpu. L-Istħarriġ juri ukoll li min jaqbad il- vizzju tat-tipjip ta’eta daqshekk żgħira, ikollu inqas ċans jirnexxielu jaqta’ l-vizzju iktar tard fil-ħajja.

Bħala promozzjoni tal-31 ta’ Mejju bħala l-Jum Dinji tal-kuxjenza kontra t-tipjip u biex id-Direttorat tas-Saħħa f’Malta ikompli jiġġieled din l-isfida, kampanja fuq il-midja soċjali ser tkun qed tiddomina s-siti permezz ta #quittobacco, inizjattiva globali mnieda mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa, WHO.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend