Ħal Għaxaq isellem lil Trevor | One News

Notifiki

Ħal Għaxaq isellem lil Trevor

F’Ħal Għaxaq, fi Knisja mballata bin-nies ingħatat l-aħħar tislima lil Trevor Mercieca, missier ta’ 34 sena mill-istess raħal li kien qed jiġġieled il-lukimja.

Il-quddiesa kienet ikkonċelebrata mill-Arċisqof, Charles Scicluna u għaliha attendew diversi persuni li fl-aħħar snin kienu ispirati wkoll mill-kuraġġ ta’ Trevor. Fosthom attivisti fi ħdan Puttinu Cares.

Riċentament kien sar trapjant lill-Trevor, iżda minkejja dan, is-sena l-oħra l-marda laħqet l-aggressività tagħha tant li l-kura ma kinitx qed taħdem.

Fl-aħħar xhur ta’ ħajtu Trevor kiber fl-ispiritwalità tiegħu, tant li ħoloq app bl-isem ‘Pax Christi’, b’kollezzjoni ta’ talb. Grazzi għall-app li ħoloq Trevor, wieħed jista’ u jaqra t-talb bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.

quddies

Ritratti: Xarabank / Facebook

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend