Truppi Iraqqini jattakkaw il-bażi militari tal-Istat Iżlamiku | One News

Notifiki

Truppi Iraqqini jattakkaw il-bażi militari tal-Istat Iżlamiku

Truppi mill-Iraq bdew operazzjoni biex jinvadu l-Belt ta’ Fallujah, viċin il-kapitali Baghdad biex jattakkaw b’mod dirett lill-Istat Izlamiku.

Uffiċjal tal-operazzjoni saħaq mal-midja internazzjonali li kien hemm xi splużjonijiet fin-naħa t’isfel tal-Belt hekk kif it-truppi invadewha minn tliet inħawi differenti, fosthom anke mill-ajru.

Mijiet ta’ familji rnexxielhom jaħarbu mill-Belt waqt l-attakki, iżda uffiċjali qed jgħidu li madwar ħamsin elf ċittadin għandhom maqbudin f’Fallujah, u li huma f’riskju li jkunu attakkai mill-ġiħadisti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend