Jitnieda 'Daqqa t'id' – proġett artistiku u teknoloġiku | One News

Notifiki

Jitnieda ‘Daqqa t’id’ – proġett artistiku u teknoloġiku

Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Mejju 2016, fil-Kulleġġ Savio, tnieda ‘daqqa t’id’, il-proġett Kreattiv iffinanzjat mill-Kunsill Malti għall-Arti u mill-Ambaxxata Amerikana f’Malta.

Dan il-proġett ġab flimkien il-qasam artistiku u dak teknoloġiku. L-istudenti ta’ Savio College irċevew taħriġ speċifiku minn artisti bħal Angele Galea, Joseph Zammit u Malcolm Galea, biex eventwalment waslu għal Short film. Waqt li xi studenti ffukaw fuq il-kitba tal-iscript, oħrajn ħadmu fuq il-produzzjoni u d-direzzjoni tal-film. Il-film laqqa’ flimkien studenti- atturi flimkien ma’ atturi stabbiliti bħal Joe Quattromani u David Chircop.

Aġġeġġ li spikka f’dan il-film huwa id robotika li nbniet minn studenti oħra fl-istess kulleġġ, u li tista’ tintuża minn min jitlef is-saħħa fiżika f’idejh sabiex jiekol u jixrob b’mod indipendenti.

Dan il-proġett huwa xhieda ħajja tal-isforzi li qegħdin isiru fil-qasam tal-persuni b’diżabilità u prova ta’ kemm l-arti tista’ taqdi wkoll irwol fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Dan il-proġett tmexxa minn Clifford Jo Żahra waqt li l-id robotika nħadmet bl-assistenza ta’ Charles Axisa, it-tnejn għalliema fl-istess kulleġġ. Il-film inġibed f’kollaborazzjoni mal-iskola St Patrick’s. Is-Sinjura Beth Herbolich, konslu tal-Ambaxxata Amerikana f’Malta u Dott. Marilanda Maiello, Ambaxxatriċi Taljana f’Malta, it-tnejn attendew għal din it-tnedija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend