Tat-Tamal Fest fil-Ħamrun | One News

Notifiki

Tat-Tamal Fest fil-Ħamrun

Nhar is-Sibt 18 ta’ Ġunju 2016, mit-8.30pm ‘il quddiem, fi Triq il-Kbira l-Ħamrun, ser titella’ it-tieni edizzjoni ta’ “Tat-Tamal Fest” b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Din is-sena l-attività, organizzata mill-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu, se ssir bis-sehem tal-grupp Airport Impressions, Xarulu’ u Pierre Cordina.

Waqt l-imsemmija attività se jkunu miġbura fondi b’risq il-Malta Community Chest Fund u minn hawn nappellaw lill-poplu Malti u Għawdxi biex ikun ġeneruz u jikkontribwixxi b’risq din il-kawża.

Se jkun hemm diversi stands bl-ikel u x-xorb u divertiment għall-familja kollha.

Inħeġġu lin-nies biex is-Sibt 18 ta’ Ġunju fit-8.30pm, ikunu fi Triq il-Kbira l-Ħamrun, u filwaqt li jieħu pjaċir b’dak kollu preparat, jgħinu b’risq il-Malta Community Chest Fund.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend