Pizza tar-Rizza f’Ta’ Xbiex – One News

Notifiki

Pizza tar-Rizza f’Ta’ Xbiex

Il-Kunsill Lokali Ta’ Xbiex se jorganizza t-tieni edizzjoni ta’ Festa Rizzi.  Din id-darba, ikbar, isbaħ u ahjar, nhar is-Sibt 11 ta’ Gunju 2016 gewwa l-parkegg tal-Yacht Marina mis-18:00 ‘l quddiem.

Attivita li tattira lejha partikolarment dawk li jħobbu r-rizzi u l-frott tal-baħar, għalkemm din id-darba, l-organizzazzjoni ħasbet sabiex tagħmel platti oħra għal min ma jħobbx il-hut.

Barra r-rizzi tradizzjonali li ser jkun hemm fl-attività, ser ikun hemm diversi platti popolari u oriġinali.  Tispikka b’mod partikolari l-pizza tar-rizzi, li ser tkun ghall-bejgħ għall-ewwel darba f’Malta f’dan l-avveniment.

Ser ikun hemm zoni tal-artiġjanat, zoni għat-tfal, temi edukattivi u divertiment bi spettaklu varjat li ma jonqosx.

Tassew festa ghall-familja kollha li ghandha potenzjal sabiex tibqa mnizzla fil-kalendarju tas-sajf tal-Maltin.

Is-Sindku Max Zammit emfasizza li kull platt u speċji li ser ikun hemm huma kollha konformi mal-Atti Dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent.

festariz

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend