Ommha tmut bil-kanċer, imbagħad jaqbad lilha | One News

Notifiki

Ommha tmut bil-kanċer, imbagħad jaqbad lilha

Martina Fenech, tfajla ta’ 19–il sena mimlija ħajja u enerġija tinsab ħerqana għal kapitlu ġdid f’ħajjitha- li tidħol l-Università.

Emozzjoni li jħossu ħafna żgħażagħ tal-età tagħha. Iżda ftit tas-snin ilu, Fenech esperjenzat uġigħ li dawk ta’ daqsha qatt ma joħolmu li jesperjenzaw.

Siegħa wara t-tokki tal-ewwel tas-sena,  erba snin ilu, Martina Fenech tilfet lill-ommha għall-marda tal-kanċer.

Wara xahrejn biss u numru ta’ testijiet, irrizulta li Martina nnifisha kellha tip rari tal- kanċer ukoll, meta kellha biss ħmistax-il sena. Erba’ snin wara, Martina qed tappoġġja lil Puttinu Cares waqt il-maratona annwali tal-futbol. F’Intervista ma one.com.mt, Martina qaltilna l-istorja tagħha.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend