"Mhux qisha biċċa drapp iebsa?" | One News

Notifiki

“Mhux qisha biċċa drapp iebsa?”

‘Kreattiva Designs’ huwa kunċett li ma jistax ikollu isem aktar addattat. Huma l-kreazzjonijiet ta’ Julianne Marie Brincat, tfajla Maltija b’immaġinazzjoni kbira. Tagħmel l-aktar xallel, imma anke aċċessorji oħra. Ltqajna magħha u skoprejna minn fejn nibtet din l-imħabba lejn dak li huwa Malti, kulurit u ġenwin.

  • Ix-xogħol tiegħek, qiegħda nara li huwa vera kkulurit – x’jispirak?

Iva, nippreferi niddisinja scarf b’kuluri vivaċi. Insib li xalla, bħala accessorju biex jintlibes mal-ħwejjeġ, tkun attrjenti hafna . Barra minn hekk, inħoss li l-kuluri vivaci jagħmlu persuna kuntenta. Bħala artisa, inħoss li għandi dik iċ-ċerta liberta li nintilef f’baħar ta’għażla ta’ lwien. Dan nippreferih milli kieku kelli nkun limitata għal kuluri serji u skuri bħall-iswed, għalkemm ikolli ngħid huma mfitxija minn ħafna. Nħoss li nesprimi ruħi iktar aħjar bil-kuluri u disinji differenti. Inqis il-kunċett tad-disinn ta’ scarf bħala t-tila tieghi, hekk kif meta nkun qed inpitter, nara tila vojta u nimla’ dak l-vojt b’dik l-muża, jew suġġett li jspirani.

j1

 

  • Kif bdejt? X’tagħmel jekk xi ħadd ikun irid xi ħaġa personalizzata, anki jekk forsi ma tkunx tal-gosti tiegħek?

Darba fost l-oħrajn xtrajt xalla, għax inħobb inġemma’ l-iscarves, tant li  kull meta nsiefer nara x’ngħamel biex nixtri waħda, preferibilment ddisinjat f’dak il-pajjiż. Indur u infittex fil-boutique shops u l-villaġġi tas-snajja.

Mela kont mixja fejn rajt ħafna scarves imdendlin, u għidt lili nnfisi issa kieku jien, tgħid, ma nkunx kapaċi li l-aċċessorju favorit tiegħi niddisnjah jien stess? Wara kollox, it-tila mhux qisha biċċa drapp iebsa?

Intant, ħsibt li tkun xi ħaga interressanti kieku almenu nipprova. U bdejt minn hemm – għamilt l-ewwel disinn, ġie trasferut f’għoxrin scarf, u nbiegħu. Meta klijient ikollu xi ħaġa f’moħħu, iżda, trid tifhem l-gosti tiegħu, u mhux twettaq l-gosti tiegħek. Fl-aħħar mill-aħħar huma l-klijienti li jridu jkunu kuntenti b’dak li jixtru. Kultant ukoll, tkun xi trend li tatira lin-nies. Ladarba persuna ġiet  turini ix-xewqa tagħha,  u li tixtieq xi ħaġa partikolari, jien ma jkollix problema. Ovvajment irrid naddata d-disinn għax-xewqa tal-klijient.

Screen Shot 2016-05-27 at 07.39.56

  • Kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa għal min, bħalek, għandu negozju u / jew passatemp ibbażat fuq il-kreattivita’?

Ngħid għalija, dan huwa passatemp; wieħed li meta jkolli ftit ħin jew tiġi l-ispirazzjoni ta’ disinn, nagħmel abbozz ħafif ħafif, biex  ma ninsiehx.

Biex inkunu għedna kollox, hawn Malta, fil-biċċa l-kbira mhux faċli li Malti jixtri oġġett ddisinjat minn xi ħadd Malti bħalu.

L-ironija hi li jippreferu jixtru accessorji ta’ disinjaturi barranin. Biss nara li kultant – speċjalment waqt fieri tal-artiġjanat – dan donnu qeda tinbidel xi ftit jibdew ifittxtu dejjem iżjed dawn l-affarijiet. Jien, minn-naħa tiegħi  nagħmel ammont stipulat żgħir tal-aċċessori,  bħal dawn ix-xallel  u basktijiet, biex dak li jkun, jaf li xtara oġġett ta’ edizzjoni limitata. B’hekk,  japprezza x-xogħol iktar, u jħossu li xtara aċċessorji li m’hawnx is-suq mifqugħ bihom. Minn naħa l-oħra, it-turist ikun pjaċir tiegħu li jixtri l-aċċessorji tiegħi, għax huwa xiħaġa unika li tinstab hawn Malta biss.

j6

  • Issib appoġġ? Tħoss li hawn inċentivi li jgħinuk? X’tixtieq li jseħħ biex dejjem tkun tista’ tmur aħjar?

Fejn jidħol l-appoġġ, jien ma nistax ngħid li m’iniex nsib. L-aċċessorji tiegħi jinbiegħu fil-ħanut tal-artiġjanat tal-papa tieghi. B’hekk għandi post fejn b’dan il-mod nista’ nbiegħ dawn l-accesorji li niddisnja jien. Bħala inċentivi oħrajn, ma tantx fittixt x’nista nagħmel biex nippromwovi ix-xogħol tieghi. Naf li b’hekk jien daqsxejn ristretta f’dan l-qasam,  iżda kuntenta li għandi mod li bih qed nesprimi ruhi, u li qed jintgħoġbu man-nies. Nemmen li l-Maltin għandhom ħafna talenti x’joffru. Kieku wieħed ikollu jippromwovi iktar t-talenti artistiċi tal-Maltin, kull meta u fejn ikun hemm l-opportunita li nagħmlu dan, kieku jinħoloq ċirku ta’ għajnuna għalina l-artisti u l-artiġjani Maltin. Dan jiswa’ ta’ ġid, għax it-turisti li jiġu jżuru Malta jkunu jafu li ser isibu oggetti kemm iddisinjati hawn u kif ukoll magħduma u magħmula hawn. Aktar ma tiġri l-kelma, aktar ikun ta’ ġid.

j3

  • Ngħixu f’dinja fejn hawn ammont enormi ta’ affarijiet li wieħed jista jixtri, saħansitra minn fuq l-internet. In-nies għadha tfittex xi ħaġa oriġinali? Avolja forsi tħallas prezz għola?

Tabilħaqq, is-swieq miżgħuda b’affarijiet ta’ kull xejra u għamla – tara wieħed, tinsa’ lill-ieħor. Pero naħseb li  min lest jixtri  oġġet awtentiku u uniku, u lest li jħallas għalih, ikun jista japrezza aktar dak ix-xoghol li jkun sar, u li ma jkunx tal-massa, u li faċli ssib tixtri mijiet bħalu.

  • Min hu l-klijenti tipiku tiegħek?

Hawn min jixtri xalla biex itiha b’rigal., hawn min jixtrhija ghalih. Ikolli ngħid, iżda, li dejjem ikollhom minn 25 sena ‘l fuq.

Tiskantax jekk ngħidlek li ħafna mil-klijenti maturi jfittxu l-kuluri iktar vivaċi,  miż-zgħazagħ!

  • Kif tħares lejn il-futur ta’ dan in-negozju tiegħek?

Hija l-ħolma tiegħi li jkolli ħanut, u nkun nista naqla’ l-għejxien ta’ kuljum minnu.

 

j5

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend