Malta tissemma f'rapport minn aġenzija Russa tal-aħbarijiet | One News

Notifiki

Malta tissemma f’rapport minn aġenzija Russa tal-aħbarijiet

Aġenzija tal-aħbarijiet Russa tirrapporta li l-Greċja għalqet l-ispazju tal-ajru tagħha għal titjiriet mill-Libja sa’ Settembru, minħabba operazzjoni tan-NATO.
Rt.com, network televiżiva Russa ffinanzjata mill-istat, tgħid li ħarġet notice to airmen (NOTAM) mill-awtoritajiet Griegi nhar l-Erbgħa li jiprojbixxi titjiriet lejhom mil-bieraħ. Tgħid ukoll li passi simili ttieħdu minn Malta u l-Italja, s’Awwissu li ġej.

Screen Shot 2016-05-27 at 08.47.26
Iżda n-NATO qalet li huma biss għajdud li qed twettaq xi forma ta’ operazzjoni fil-Libja, pajjiż li għadu mifni mill-ġlied li għolla rasu fl-2011.
Sorsi mid-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivli lokali qalulna li r-restrizzjonijiet m’huma aħbar xejn, għaliex diġa’ jeżistu restrizzjonijiet ġenerali għal ajruplani Libjani, li ma jistgħux itiru fuq spazju tal-arju Ewropew. Kwalunkwe ajruplan reġsitrat il-Libja ma jistax jidħol f’territorju Malti, u dan minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Libjani ma kienx ta’ min wieħed joqod fuqhom, riżultat tad-diżgwid fil-pajjiż.
L-istess sorsi spjegawlna li kull ajruplan li jidħol Malta u li jkun ġej mill-Libja jiġi studjat u jingħataw permessi wieħed wieħed. Jekk ikun hemm suspett li jaf hemm xi żieda fil-vjolenza fil-Libja, ma jidħlux ajruplani Libjani.
“Sa ftit ilu infatti, ajruplani Libjani twaqqfu millji jidħlu pajjiżna għal ġimgħatejn” – qalulna s-sorsi Maltin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend