Iċ-Champions League f'pajjiżna | One News

Notifiki

Iċ-Champions League f’pajjiżna

It-trofew taċ-Champions League li intrebaħ minn Inter fis-Santiago Bernabeu f’Madrid waqt l-istaġun tal-elfejn u disgħa elfejn u għaxra, se jkun hawn Malta waqt attivita’ li se tkun organizzata minn Inter Club PUPI Zanetti Malta.

L-Interisti Maltin kif ukoll id-dilettanti tal-futbol se jkollhom iċ-ċans jesperjenzaw mill-qrib dan it-trofew ferm ambizzjuż fid-dinja tal-futbol. L-attivitajiet organizzati se jkunu b’risq Fundacion PUPI ta’ Javier Zanetti.

It-trofew uffiċjali se jinġieb lejn pajjiżna mid-Direttur tal-Inter Club Andrea Viglieno. L-Inter Channel se jkunu ukoll preżenti waqt dawn l-attivitajiet, filwaqt li se jkun hemm preżenti wkoll id-Direttur u kummentatur ta’ Inter Channel Roberto Scarpini, persuna magħrufa sew mal-Interisti.

Inter rebħu l-kompetizzjoni prestiġjuża taċ-Champions League tliet darbiet, bl-aħħar darba tkun taħt il-gwida ta’ Jose Mourinho meta għelbu lil Bayern Munich bl-iskor ta’ 2-0 wara doppjetta tal-Arġentin Diego Milito. Din kienet it-tielet tazza għal dak l-istaġun fantastiku, fejn Inter irnexxilhom jagħmlu Tripletta storika.

Il-programm tal-attivitajiet se jitħabbru fil-jiem li ġejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend