Il-Gvern se jappella s-sentenza… jikkummenta l-Prim Ministru | One News

Notifiki

Il-Gvern se jappella s-sentenza… jikkummenta l-Prim Ministru

Fi stqarrija l-Gvern qal li ħa nota tas-sentenza mogħtija llum mill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili dwar in-numru ta’ siġġijiet li għandha jkollha l-Oppożizzjoni wara r-riżultat tal-aħħar elezzjoni ġenerali li saret taħt amministrazzjoni preċedenti. Fi stqarrija ntqal li “ll-Gvern ma jaqbilx ma’ din is-sentenza, anke għal raġunijiet kostituzzjonali, u għalhekk se jkun qed jappella.”

Tkellem dwar dan ukoll il-Prim Ministru li dalgħodu kien mistoqsi mill-ġurnalisti. Qal li filwaqt li għandu rispett lejn kull ġudikant ma jaqbilx mas-sentenza u għalhekk se jintuża id-dritt tal-appell.

“Hemm implikazzjonijiet kostituzzjonali li huma serji u ma naqbilx magħhom b’mod fundamentali,” qal il-Prim Ministru li żied li l-appell issa jsir quddiem l-ogħla qorti tal-appell. Intant, il-Ministru tal-Ġustizzja kkummenta hekk dwar dan il-każ:

Aqra wkoll: Simon Busuttil jerġa’ joħroġ kontra d-dritt tal-appell

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend