Poznanski jattakka psikologa u gwardjan | One News

Notifiki

Poznanski jattakka psikologa u gwardjan

Kajetan Poznanski, żagħżugħ Pollakk li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ għalliema żagħżugħa u ġie arrestat ftit tal-ġimgħat wara f’Malta fi Frar li għadda, attakka psikologu u lill-gwardjan li pprova jwaqqfu.

L-inċident seħħ ilbieraħ waqt test mediku li kien ordant fis-27 ta’ Frar li għadda mill-Qorti ta’ Warsaw-Mokotow.

Iż-żagħżugħ ta’ 27 sena qed jiġi akkużat li fil-bidu ta’ Frar qatel għalliema fl-appartament tagħha f’Warsaw, b’mod makabru. Il-ġisem tal-mara kien tasportat b’taxi lejn l-appartament taż-żagħżugħ u ngħata n-nar. L-akkużat ħarab mill-Polonja u kien arrestat f’Malta, l-Belt, ġimagħtejn wara li seħħ id-delitt. Huwa kien estradit lejn pajjiżu mill-Qorti Maltija f’26 ta’ Frar.

Poznanski kellu jerġa’ jitressaq quddiem il-Qorti fil-25 ta’ Mejju li għadda, iżda l-esperti talbu l-Qorti biex jittella’ iżjed tard, jiġifieri fit-22 ta’ Ġunju biex isiru iżjed osservazzjonijiet fuq is-saħħa mentali tal-imputat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend