Tal-United jgħidu BARRA lil Van Gaal | One News

Notifiki

Tal-United jgħidu BARRA lil Van Gaal

Jumejn wara li kien qed jiċċelebra r-rebħ tal-FA Cup id-diriġenti ta’ Manchester United qalu BARRA lill-Olandiż, Louis Van Gaal. Il-kitba kienet fuq il-ħajt, bħal ma donnu hi fuq il-ħajt il-kitba li Jose Mourinho se jkun il-kowċ il-ġdid tat-tim. Peró sakemm l-aħbar tkun uffiċjali qatt ħadd ma jeskludi xejn.

Van Gaal, ta’ 64 sena, se jkun għamel sentejn mit-tliet snin kuntratt tiegħu li matulhom daħħal iktar minn sitt miljun sterlina kull sena.

Fl-ewwel sena ta’ Van Gaal mal-United it-team spiċċa fir-raba’ post u kwalifika għaċ-Champions League, iżda din is-sena ma kienx il-każ bit-tim jispiċċa fil-ħames post biex is-sena d-dieħla l-futbol Ewropew se jesperjenzawh nhar ta’ Ħamis.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend