L-Awstrija tagħżel | One News

Notifiki

L-Awstrija tagħżel

Alexander Van der Bellen rebaħ l-elezzjoni Presidenzjali fl-Awstrija. B’hekk ma ġarax dak li ħafna beżgħu li se jiġri; li Norbert Hofer, li ġej mill-kamp lemini estrem, isir l-ewwel kap tal-istat.

Van De Bellen, li kiseb l-aktar voti, jappoġja l-Unjoni Ewropea bħala entità u jgawdi l-approvazzjoni tal-partit tal-ħodor. Huwa kiseb 31,000 vot aktar minn Hofer, f’elezzjoni li għaliha vvotaw erba’ miljun ruh.

Hofer ħaddan sentimenti anti-Ewropej u tkellem b’mod voċiferu dwar l-immigrazzjoni. Fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook iddeskriva llum bħala jum ta’ dieqa, iżda sejjaħ il-kampanja li kellu ‘investiment għall-futur’.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend