Imlaħlaħ bix-xorb? Ġelat is-soluzzjoni – One News

Notifiki

Imlaħlaħ bix-xorb? Ġelat is-soluzzjoni

Jekk dalgħodu qomt imkisser għax fi tmiem il-ġimgħa xrobt  xi xarba tajba l-Korea ta’ Isfel għandhom is-soluzzjoni għalik u jaf ikun aħjar li xi imprenditur lokali jaqbad jimportaha mill-ewwel.

F’supermarket fil-Korea ta’ Isfel nidew ġelat li qed jgħidu li hu l-aqwa kura għas-sokor jew kif inħobbu ngħidu dik id-daqsxejn ‘hangover.’

Il-ġelat iġib l-isem ta’ ‘hang in there’ u ntqal li dan l-isem jissimbolizza l-ħsibijiet kemm ta’ min iħaddem u anke ta’ dawk li jridu jaħdmu wara xi lejlt twil. Insomma, fi ftit kliem qed jgħidu li wara xarba tajba, lolipop għandek bżonn!

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend