“Id-dinja fl-aħħar qed tiltaqa’” – il-Prim Ministru – One News

Notifiki

“Id-dinja fl-aħħar qed tiltaqa’” – il-Prim Ministru

F’kummenti mit-Turkija l-Prim Ministru, Joseph Muscat, iddeskriva s-summit umanitarju bħala pass importanti fejn id-dinja fl-aħħar qed tiltaqa’.

Il-Prim Ministru qal li Malta bilfors tappoġġja inizjattivi bħal dawn għax hija l-vokazzjoni naturali tagħha u anke għax Malta ilha snin twal titkellem bħala pajjiż dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni.

“Matul l-aħħar tliet snin argumentajna li din mhix kwistjoni ta’ pajjiż jew l-Ewropa, iżda tad-dinja,” qal il-Prim Ministru. Joseph Muscat tenna li dak li se joħroġ mit-Turkija huwa minimu iżda huwa bidu importanti.

ARA L-KUMMENT FIL-FILMAT  

Ritratt: Omar Camilleri, DOI

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend