Konferma li ntbagħtu twissijiet mit-titjira tal-Egyptair | One News

Notifiki

Konferma li ntbagħtu twissijiet mit-titjira tal-Egyptair

Wara li lbieraħ ġie kkonfermat li kien hemm duħħan f’diversi żoni tal-ajruplan tal-Egyptair qabel ma ġġarraf, l-investigaturi Franċiżi kkonfermaw li kien hemm twissijiet ta’ dan qabel mal-ajruplan niżel fil-baħar Mediterran.

It-twissijiet saru l-Ħamis stess qabel mal-kontrallaturi tat-traffiku tal-ajru tilfu l-kuntatt mal-ajruplan. Konsulent għal Flight Global qal li l-informazzjoni miksuba tippreżenta l-bidu ta’ sekwenza ta’ avvenimenti li jistgħu jkunu ta’ tweġiba għal dak li seħħ.

Jintqal li r-rapporti tad-dħaħen bdew mit-toilets u nfirxu. Ftit minuti biss wara bdew ifallu l-kompjuters, wieħed wara l-ieħor.

Intant, għadha għaddejja t-tfitxija għaż-żewġ kaxxi suwed tal-ajruplan li permezz tagħhom tista’ tkun ikkonfermata l-kawża biex għeb dan l-ajruplan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend