Jappella għal aktar kompassjoni fuq il-post tax-xogħol | One News

Notifiki

Jappella għal aktar kompassjoni fuq il-post tax-xogħol

Huma madwar 320, il-Maltin li jbatu mill-Isklerożi Multipla. Din hija kundizzjoni li titfakkar madwar id-dinja nhar l-Erbgħa 25 ta’ Mejju iżda f’Malta tfakkret llum, tlett ijiem qabel.

L-Isklerożi Multipla hija marda kronika; mhawnx kura għaliha. Jeżistu mediċini li jevitaw attakki spissi, madanakollu dawk affetwati minnha, bħal Christopher Grech, jiddependu ħafna fuq l-għajnuna minn ta’ madwarhom. Christopher sar jaf li għandu din il-marda madwar sentejn ilu, fejn maż-żmien tgħallem kif jista’ jiġġilidha.

Għalkemm sab ħafna appoġġ mill-kollegi u l-qraba, jesprimi xewqa li dawk fuq il-post tax-xogħol juru aktar kompassjoni.

Isma’ l-kummenti ta’ Christopher hawnhekk.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend