"Qabżu kull limitu tad-diċenza"- Keith Schembri | One News

Notifiki

“Qabżu kull limitu tad-diċenza”- Keith Schembri

Wara allegazzjonijiet min-naħa tal-Partit Nazzjonalista fil-konfront taċ-chief of staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, huwa ħabbar li se jiftaħ kawża ta’ libell.

L-allegazzjonijiet huma li fil-kapaċità tiegħu bħala Chief of Staff ibbenefika personalment mill-invenstiment tax-Shanghai Electric fl-Enemalta.

Il-Partit Nazzjonalista qabeż kull limitu tad-diċenza u naqas sew mir-responsabilitajiet mistennija minn Oppożizzjoni serja f’demokrazija moderna, qal Keith Schembri fi stqarrija. Żied jgħid li b’mod iddisprat, Simon Busuttil qiegħed jattakka kull investiment li dan il-Gvern ġab, għal benefiċċju ta’ kulħadd.

Dan il-Gvern, kompla Schembri, se jibqa’ determinat li jbiddel lil Malta għall-aħjar.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend