Erba’ nisa attakkati f’Londra – One News

Notifiki

Erba’ nisa attakkati f’Londra

F’Londra, erba’ nisa kienu attakkatti minn raġel b’sikkina li mill-ewwel ġie arrestat mill-Pulizija.

Tlieta mill-erba’ nisa kienu f’parkeġġ tas-supermarket Sainsbury’s f’Hamtpon, fin-nofsinhar ta’ Londra, meta sfaw vittmi ta’ dan l-attakk.

Iktar tard, il-Pulizija sabu lir-raba’ vittma tinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija mhux qed iqisu l-każ bħala wieħed ta’ terroriżmu u għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend