Jiskopri li għandu tumur b’kumbinazzjoni u jilgħab xorta – One News

Notifiki

Jiskopri li għandu tumur b’kumbinazzjoni u jilgħab xorta

Il-captain ta’ Frankfurt, Marco Russ, skopra li għandu tumur b’kumbinazzjoni lbieraħ u llejla lagħab logħba importanti għat-tim tiegħu.

Russ, ta’ tletin sena, sar jaf li għandu tumur wara li falla test ta’ doping fejn id-demm immarka mhux normali. Iktar tard sar magħruf li għandu din il-marda u kien għalhekk li d-demm immarka b’mod differenti mis-soltu.

“Minkejja l-aħbar traġika l-plejer qal li lest jilgħab,” iddikjara l-klabb li ma stqarrx fejn hu t-tumur. Russ huwa ikona tat-tim ta’ Frankfurt fejn lagħab il-parti l-kbira tal-karriera tiegħu.

Il-logħba ma’ Nurnberg, li hija play off kontra r-relegazzjoni, spiċċat bl-iskor ta’ 1-1 b’Russ ma kellux waħda mill-aqwa logħbiet tiegħu tant li għamel awto gowl.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend