Intsabu fdalijiet mit-titjijra tal-EgyptAir…jew le? – One News

Notifiki

Intsabu fdalijiet mit-titjijra tal-EgyptAir…jew le?

Fdalijiet  mit-titjijra tal-EgyptAir MS804 instabu fin-nofsinhar tal-gżira Griega Karpathos – dan ikkonfermawh uffiċjali Eġizzjani. L-Airbus A320 kien fi triqtu minn Pariġ għall-Kajr b’66 persuna abbord, meta ġġarraf magħtul il-lejl.

Iżda ftit aktar tard, uffiċjali Griegi qalu li l-fdalijiet mhumiex tal-ajruplan imsemmi.

It-tnejn jaqblu li l-arjuplan aktarx niżel minħabba att terroristiku u mhux minħabba problema teknika.

Dawk li qed iwettqu tfitxija sabu oġġetti li jinkludu ġgieget ta’ salvataġġ,f’zona li tiġi fix-xlokk ta’ Kreta wkoll. Ħafna minn dawk abbord kienu Franċiżi jew Eġizzjani, imma kien hemm ukoll passiġġier Ingliż.

56 kienu passiġġiera, 7 membri tal-ekwipaġġ, u 3 membri li jieħdu ħsieb is-sigurtà. Qraba ta’ dawk li kienu abbord ittieħdu mill-ajruport Paris Charles de Gaulle għall-Kajr.

Uffiċjali tal-avjazzjoni Griegi qalu li tkellmu mal-pilota meta dan daħal f’territorju Grieg, u kollox instema’ normali. Iżda meta l-ajruplan daħal f’territorju Eġizzjan, tilef kull kuntatt u ftit wara għeb mir-radars. Jemmnu li l-ajruplan dar 90 grad fuq ix-xellug, imbagħad 360 grad fuq il-lemin, qabel niżel minn 37,000 għal 15,00 pied ‘l isfel, qabel intilef meta kien f’altitudni ta’ 10,000 pied.

 

 

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend