“Inħossni ffortunat” – Eġizzjan li ħelisha b’xorti tajba – One News

Notifiki

“Inħossni ffortunat” – Eġizzjan li ħelisha b’xorti tajba

Persuni Eġizzjani tkellmu wara t-traġedja tal-għibien tal-Egypt Air, b’persuna intervistata saħansitra tirrakonta kif suppost kienet fuq l-ajruplan. “Kelli nkun fuq dak l-ajruplan. Peró kelli n-nies u biddiltu il-vjaġġ għal-lum,” qal Eġizzjan intervista l-ajruport. “Inħossni ffortuntat,” kompla jgħid.

Eġizzjan ieħor qal: “Inħossni milqut għaliex dak li ġara, ġara lill-bnedmin bħali. Tgħidli nibżax nitla’ ajruplan? Le. Inċidenti jiġru b’kollox.”

Intant, fl-aħħar sigħat komplew l-investigazzjonijiet u t-tfittxijiet. L-investigaturi mhuma jeskludu xejn u waħda mill-affarijiet investigati hija jekk setax kien hemm xi bomba jew il-kabina tal-pilota, li suppost tkun magħluqa. Is-CCTV tal-ajruporti u l-madwar ukoll qed ikunu analizzat.

“Nipprovaw niġbru kull ħjiel,” kien ikkwotat jgħid wieħed mill-investigaturi.

L-Egypt Air fl-aħħar minuti ħarġet ukoll stqarrija fejn esprimiet kondoljanzi. F’dik li qed tkun meqjusa bħala l-ewwel stqarrija li tirrikonoxxi li l-passiġġieri mietu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend