Maġġur jitlob biex jitlaq mill-Parlament – One News

Maġġur jitlob biex jitlaq mill-Parlament

Il-Maġġur tal-Pulizija Eugenio Caruana talab minn jheddu biex ma jibqax stazzjonijiet fil-Parlament kif talbet l-Oppożżizzjoni u jiġi trasferit xi mkien ieħor. L-Aġent Kummissarju aċċetta t-talba tiegħu.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni staqsa jekk Caruana kienx għadu fil-binja tal-Parlament għax jekk iva, allura l-membri tal-Oppożizzjoni ma kinux se jibqgħu fil-Kamra.

L-Ispeaker ikkonfermalu li Caruana ma kienx hemm u s-seduta kompliet.

Aktar qabel l-Ispeaker  iddeplora l-fatt li b’xi mod tiġi provokata u li jiġu indirizzati lejha dikjarazzjonijiet  li jistgħu jiġu indirizzati bħala forma ta’ theddida. Dr Farrugia kien qed jirreferi għall-kliem li qal ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni li widdeb lill-Ispeaker: “Iġġegħlniex nagħżlu bejn li nidħlu fil-Parlament jew le”.

Is-Sedja ħasset li għandha tagħmel din l-istqarrija għaliex hi dejjem rat u tkompli tara li tieħu dawk il-passi meħtieġa biex il-Parlament ikollu s-sigurtà li tixraqlu u dan kif jistgħu jikkonfermaw il-membri u kif il-livell ta’ sigurtà provduta tjiebet minn meta l-Parlament mexa mill-Palazz għall-binja ta’ Piano, sigurtà li llum hija provduta biss mill-pulizija.

Dr Farrugia kien għadu kif ta ruling li huwa b’ebda mod ma seta’ jindaħal lill-Kummissarju tal-Pulizija lil min jagħżel bħala uffiċjal tas-sigurta fil-parlament. Oltrè dan, il-Aġent Kummissarju kiteb  lil Dr Busuttil li Caruana kien għamel ukoll apoloġija pubblika u wiegħed lealta assoluta lejn il-parlament.

Ta’ QabelLi Jmiss

6 Comments

  1. Imma kemm hu bluff. Wara li kien haf li ma ghadux hemm staqsta jekk kienx ghadu hemm halli fil kas jitlaq.

  2. Qieghed jaghtina ezempju ta kif se jmexxi meta jkun prim ministru. La Laburist ma hemmx mahfa ghalih. Kieku jkun pm ta nofs pajjiz. Kollox jerga jmur lura kart ta seklu.

  3. It was stupid for him to write on FB but this case the pettiness into which the PN has sunk in.

    Shows that they are good only at theatrics.

    The don’t have concrete proposals to come forward with.

    Their traffic management document was a fiasco and Marthese took 7 whole months to compile it.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend