App li turihom darhom maħruqa | One News

Notifiki

App li turihom darhom maħruqa

Immaġina ritratt bis-satellita li jurik l-istat li tinsab fiha darek, wara li ġiet maħkuma minn nirien. Hekk qiegħed jiġri l-Kanada.

App għall-ismart phones se jippermetti lil dawk li ġew evakwati mill-provinċja Alberta jaraw stampita’ djarhom bis-satellita. Nirien kbar ħakmu Fort McMurray, b’konsegwenza li 80,000 persuna kellhom iħallu djarhom. In-nar qered aktar minn 2,400 struttura.

Eluf minn dawk evakwati qed jgħixu fi strutturi temporanji mingħajr m’għandhom xejn fuq xiex jaħilfu, jistennew biex jgħidulhom meta jistgħu jmorru lura fi djarhom. Uffiċjali jemmnu li fadlilhom ġimgħatejn mill-inqas, sakemm ma jerġawx jeskalaw in-nirien.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend